Tlieta jinqatlu f’Bengażi

Tliet persuni nqatlu f'żewġ attakki separati f'Bengażi.
Uffiċjal tas-sigurtà Libjan qal li membru tal-forza tal-ajru nstab maqtul bi sparatura fil-karozza tiegħu filwaqt li l-katavri ta’ avukat u r-raġel tagħha li kienu maħtufa nstabu iktar tard.
F’dawn l-aħħar xhur, militanti f’Bengażi bdew jattakkaw uffiċjali tas-sigurtà, imħallfin, uffiċjali tal-gvern, u ġurnalisti, fost oħrajn.