Tlieta arrestati wara għadd ta’ serqiet

Tliet persuni ġew arrestati f’Għajnsielem wara li kienu involuti f’diversi serqiet.
Kien għall-ħabta tal-11am meta l-Pulizija rċeviet informazzjoni li kien hemm tliet persuni suspettużi ta’ nazzjonlità barranija.
It-tlett irġiel ġew arrestati fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem wara li fuqhom instabu oġġetti relatati mas-serq.
L-investigazzjonijiet mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u mill-Pulizija tal-Mobile għadhom għaddejjin.
Ritratt: Ian Noel Pace