Tliet żgħażagħ iweġġgħu wara li tinqaleb il-karozza f’San Ġwann

Tliet żgħażagħ weġġgħu u kellhom jittieħdu l-isptar għall-kura wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ fi Vjal ir-Riħan f’San Ġwann kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-3:30am.
Is-sewwieq huwa minn Bormla u għandu 21 sena filwaqt li miegħu kellu tfajla ta’ 18-il sena u żagħżugħ ieħor ta’ 19-il sena.
Skont investigazzjoni preliminari jirriżulta li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza tat-tip Fiat 500 u nqalbet.
Iż-żewġ passiġġiera sofrew minn ġrieħi ħfief filwaqt li l-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhix magħrufa. 
Ritratt: Maltese Road and Traffic Updates