Tliet żgħażagħ arrestati; kellhom ammont ‘eċċessiv’ ta’ droga

Tliet żgħażagħ Maltin ġew arrestati waqt attività ta’ divertiment f’Raħal Ġdid is-Sibt waranofsinhar.

Il-Pulizija qalu fi stqarrija li arrestaw lil ġuvni ta’ 17-il sena mill-Birgu u żewġ tfajliet, ta’ 21 u 26 sena minn Ħal Kirkop u l-Fgura. Jidher li fuqhom kellhom ammont ‘eċċessiv’ ta’ pilloli tal-ecstasy u trab abjad suspettat li huwa kokaina. Il-Pulizija qalu li dan sabuh f’ċirkostanzi li juru li ma kienux għall-użu esklussiv tagħhom.

Għalkemm l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin huma mistennija li jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin. Se jkunu akkużati fost oħrajn bil-pussess aggravat tad-droga kokajina u ecstasy.