Tliet xhur ħabs dwar logħob tal-azzard illegali

Raġel weħel tliet xhur ħabs wara li ammetta li kien involut f’logħob tal-azzard illegali fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta.

Adrian Rusu, li twieled ir-Rumanija iżda jgħix il-Qawra, ġie arrestat fl-4 ta’ Settembru li għadda. Hu ammetta wkoll li kisser ħġieġa ta’ bieb li jinsab fl-għassa tal-Pulizija tal-Belt nhar il-Ġimgħa li għadda.