Read in English.
Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar tliet imwiet oħra fl-aħħar 24 siegħa.
Fl-ewwel każ anzjana ta’ 81 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-5 ta’ Diċembru, mietet fl-24 ta’ Dicembru fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ anzjan ta’ 80 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-10 ta’ Diċembru, miet fl-24 ta’ Dicembru fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ, anzjan ta’ 74 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fl-10 ta’ Dicembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
It-total ta’ persuni li mietu s’issa tela’ għal 206.
Illum tħabbru 129 każ ġdid tal-coronavirus filwaqt li fiequ tliet persuni.
Għall-ħabta tal-10.30 waslet Malta l-ewwel konsenja tal-vaċċin kontra l-Covid-19. Din il-konsenja tinkludi 10,000 doża li se jibdew jitqassmu minn għada.