​Tliet timijiet Ingliżi għal De Ligt

Skont is-sit Spanjol Mundo Deportivo, tliet timijiet mill-Premier League Ingliż qegħdin jiġru wara l-firma tad-difensur Olandiż Matthijs de Ligt.
Dawn huma Arsenal, Manchester United u Manchester City li b’hekk ingħaqdu ma’ Barcelona fit-tentattiv illi jiksbu s-servizzi ta’ dan il-plejer.
De Ligt għad għandu biss 18-il sena u ilu regolari fl-ewwel tim ta’ Ajax sa mill-istaġun illi għadda filwaqt illi diġà libes tliet darbiet il-flokk tat-tim nazzjonali Olandiż.
Huwa għandu kuntratt mal-ġganti Olandiżi sas-sena 2021 u wieħed irid jara l-prezz tiegħu meta jiġi biex jakkwistah.