Tliet tewmin u triplets fost il-100 tarbija li twieldu bl-IVF

Fl-aħħar jiem twieldu tliet settijiet ta’ tewmin bl-IVF, dan iffisser li b’kollox 104 trabi tnisslu permezz ta’ dit-teknoloġija, li twieldu lil 89 familja.
Fosthom insibu wkoll 13-il tewmin u grupp ta’ triplets.
Fi stqarrija l-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, irringrazzja lill-ħaddiema kollha fil-qasam tal-maternità kif ukoll dawk li jaħdmu ġewwa l-ART Clinic.
Fearne qal ukoll li s-sena dieħla l-Gvern se jkun qiegħed iressaq emendi għal-Liġi tal-Protezzjoni tal-Embrijuni.
Fi kliem id-Deputat Prim Ministru dan se jkun qiegħed iżid in-numru ta’ nisa li jaċċessaw l-IVF. 
Is-servizz tal-IVF b’xejn fl-Isptar Mater Dei ilu jiġi offrut minn Jannar tal-2015.