Tliet subien akkużati bil-qtil ta’ student Awstraljan

Tliet subien adoloxxenti ġew akkużati li qatlu student universitarju Awstraljan fil-belt ta’ Oklahoma, fl-Istati Uniti.

L-istudent, Christopher Lane ta’ 23 sena minn Melbourne nstab mejjet nhar il-Ġimgħa li għadda, kawża ta’ tiri ta’ arma tan-nar f’dahru.

L-akkużati għandhom 15, 16 u 17-il sena.

Iż-żagħżugħ kien il-mira ta’ dawn it-tliet subien hekk kif kien qed iżur lit-tfajla tiegħu u l-familja tagħha.

Christopher Lane kien l-Istati Uniti fuq scholarship tal-baseball.

Skont il-pulizija, it-tliet subien iddeċidew li joqtlu lil xi ħadd għal gost.

Jekk jinstabu ħatja, tnejn minn dawn is-subien jistgħu jintbagħtu l-ħabs għal għomorhom.

Rapporti qalu li ż-żagħżugħ kien fil-mira ta’ dawn l-adoloxxenti minħabba li kellu karnaġġjon ċar.