Tliet spezzjonijiet fil-ġimgħa fil-fish farms – ERA

ERA

Read in English.

L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) qalet li twettaq tliet spezzjonijiet fil-ġimgħa fuq kull operatur tal-fish farms.

Fi stqarrija, l-ERA qalet li l-ispezzjonijiet isiru biex jaraw jekk hux qed jiġu mħarsa l-kundizzjonijiet tal-permessi. Intqal ukoll li jkun hemm bastiment li jnaddaf l-ikel żejjed mill-fish farms.

L-ERA qalet li l-proċeduri tal-għalf tal-ħut qed isiru b’tali mod li jonqos l-ammont ta’ xaħam li jispiċċa fil-baħar. L-ERA kellha diskussjonijiet mal-operaturi tal-fish farms biex jitjiebu l-metodi tal-għalf. L-ERA qalet li fl-2019, ħarġet 15-il multa amministrattiva u ordni waħda ta’ infurzar kontra operaturi tal-fish farms tat-tonn.

Skont l-ERA, hemm diversi tipi ta’ fenomeni li jiġru fuq wiċċ il-baħar. Dawn jinkludu lasting foam, macilaginous formations, u oily sea slime. Qalet li lasting foam huwa fenomenu naturali kkawżat minn micro-algal blooms. Qalet li l-mucilaginous formations jistgħu wkoll ikunu naturali u li wkoll jistgħu jiġu kkawżati minn micro-algal blooms.

Fi kliem l-ERA, oil slicks, u oily sea slime normalment ikunu ġejjin mill-bniedem inkluż mill-fish farms. Normalment, dan it-tip ta’ slime ikollu rieħa tinten.

Intqal ukoll li jista’ jkun hemm interazzjoni bejn l-lasting foam jew il-micro-algal blooms u jkun hemm impatt fuq l-ambjent minħabba f’hekk.