Tliet Somali jisirqu flus minn restorant fix-Xlendi

Tliet irġiel mis-Somalja tressqu l-Qorti ta’ Għawdex wara li nhar is-Sibt li għadda filgħaxija serqu flus kontanti minn restorant fix-Xlendi.

Il-każ seħħ għal ħabta tal-10pm meta s-Somali daħlu fir-restorant u serqu t-tips.

Dalgħodu, is-Somali ġew akkużati li kkommettew serq u żammew għandhom affarijiet misruqa.

Huma ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom u ngħataw sentenza ta’ 12-il xahar priġunerija sospiżi għal sentejn.