Tliet snin u nofs ħabs talli prova jisraq minn lukanda

Raġel ta’ 31 sena ngħata sentenza ta’ tliet snin u sitt xhur ħabs u tilef garanzija personali ta’ €10,000 wara li nstab ħati li prova jisraq u jwettaq ħsara volontarja f’lukanda waqt perjodu li huwa kien obbligat li ma jwettaqx reat kriminali ieħor.

Annise Bejaoui instab ħati li fl-20 ta’ Mejju tal-2018 prova joħrog minn karma ta’ lukanda f’San Pawl il-Baħar b’televiżjoni mgħotti fix-xugamani. Il-Qorti semgħet kif l-akkużat mall induna li rah xi ħadd ħalla t-televiżjoni fl-art u telaq jiġri biex jaħrab.

Il-Pulizija  rnexxiela titraċċa lil Annisea Bejaoui mill-marki tas-swaba li nstabu fuq it-televiżjoni u fuq il-bieb tal-kamra u li diġa kienu fuq id-database tal-Pulizija hekk kif Bejaoui diġa kellu każijiet oħra ta’ serq fil-passat.

Il-Maġistrat Monica Vella sabet lill-akkużat ħati ta’ attentat ta’ serq u li għamel ħsara volontarja waqt li kien qed jipprova jisraq, kif ukoll illi kiser il-kundizzjonijeit tal-ħelsien mill-arrest u li kien riċediv.