Tliet snin priġunerija wara li pprova jisraq karozza ta’ Spettur

Simon Chircop ta’ 46 sena minn Ħ’Attard ingħata s-sentenza ta’ tliet snin priġunerija wara li nstab ħati li pprova jisraq il-karozza ta’ Spettur tal-Pulizija, li heddu quddiem l-għassa u li kellu sikkina mingħajr il-permess meħtieġ.
Huwa ġie mmultat ukoll is-somma ta’ €800 talli hedded l-Ispettur u €116 oħra għax kien qed iġorr is-sikkina.
Dan wara li ammetta l-akkużi tal-każ li seħħ fl-20 ta’ Awwissu li għadda.
Ir-raġel kien arrestat minn Pulizija ieħor li qabdu fil-fatt jipprova jidħol fil-karozza tal-Ispettur.