Tliet snin oħra għal Marcello Lippi ma’ Guangzhou

Kien hemm xniegħat li l-kowċ Taljan Marcello Lippi, ekskowċ tat-tim nazzjonali Taljan, kien se jsir il-kowċ tat-tim nazzjonali Ċiniż.
Għaldaqstant il-klabb Ċiniż ta’ Guangzhou li għandhom lil Lippi bħala kowċ, ġeddewlu l-kuntratt għal tliet snin oħra.
Ma’ Lippi, Guangzhou rebħu darbtejn il-kampjonat wara li kienu ilhom 23 sena u rebħu wkoll it-Tazza ta’ Ċampjins Asjatika, it-Tazza Nazzjonali Ċiniża u s-Super Cup Ċiniża.
Dan l-aħħar Lippi ġab fl-iskwadra tiegħu lil Alessandro Diamanti li mill-ewwel kellu suċċess b’doppjetta fl-ewwel logħba tiegħu fiċ-Ċampjins Lig Asjatika.
Lippi huwa l-ewwel kowċ fid-dinja li rebaħ il-kampjonat f’żewġ kontinenti differenti.