Tliet snin mill-mewt ta’ George Michael

Bħal-lum tliet snin ilu, fil-Milied tal-2016, kien miet il-kantant ta’ suċċess George Michael. Ir-raġel kien instab mejjet f’daru f’Oxfordshire fl-Ingilterra.  Miet ta’ 53 sena. Ma kien hemm xejn suspettuż kif miet u rapport uffiċjali semma’ li kien miet b’kawżi naturali.

Georgios Kyriacos Panayiotou kien twieled fit-25 ta’ Ġunju 1963 u fil-karriera tiegħu, minbarra kien kantant, kien kittieb, producer tad-  diska u filantropista. L-ewwel fama li kiseb kien bħala membru tad-duo Wham! u wara beda karriera solo.

George Michael biegħ aktar minn 80 miljun diska fid-dinja kollha u għamluh wieħed mill-aqwa artisti tal-mużika l-aktar bejgħ ta’ kull żmien. Huwa tela’ b’seba’ kanzunetti fil-post numru wieħed fir-Renju Unit u kellu tmien kanzunetti numru wieħed fuq il-Billboard Hot 100 tal-Istati Uniti.

Kien magħruf ħafna għas-suċċess tiegħu fis-snin 1980 u 1990, inkluż bħala parti mill-Wham! bis-singles Wake Me Up Before You Go-Go u Last Christmas u singles bħal Careless Whisper u Faith.

George Michael ifforma d-duo Wham! ma’ Andrew Ridgeley fl-1981. L-ewwel żewġ albums, Fantastic (1983) u Make It Big (1984), laħqu n-numru wieħed fuq ir-UK Albums Chart u l-US Billboard 200.

L-ewwel single single ta’ Michael, Careless Whisper, telgħet fil-quċċata taċ-charts f’aktar minn 20 pajjiż, inklużi r-Renju Unit u l-Istati Uniti. L-album debutt ta’ George Michael bl-isem ta’ Faith ħareġ fl-1987, kien fil-quċċata tal-albums fir-Renju Unit u baqa’ fin-numru wieħed fuq il-Billboard 200 għal 12-il ġimgħa sħaħ.

Ma’ Andrew Ridgeley bħala parti mill-Wham!