Tliet snin ħabs għall-eks xufier tal-Arriva

Eks xufier tal-Arriva ntbagħat għal tliet snin ħabs wara li nstab ħati li ffroda l-kumpanija b’total ta’ €15,000.
Ronald Gerada, ta’ 36 sena mix-Xgħajra nstab ħati ukoll talli għamel użu ħażin mill-kompjuters.
Dan għaliex huwa kien juża l-password ta’ ħaddiem ieħor biex jatribwixxi l-bejgħ għalih.
Gerada huwa riċediv u kkommetta r-reat waqt il-perjodu ta’ sentenza sospiża.