Tliet skips f’qiegħ il-baħar f’Ta’ Xbiex

Il-Kunsill Lokali ta’ Ta' Xbiex organizza cleanup oħra b'suċċess. 
Huma ngħaqdu ma’ Get Trashed Malta u St. John Ambulance biex imexxu din l-operazzjoni taħt il-baħar.
It-tindif sar il-Ħadd li għadda bħala parti mill-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart. 
Bugħaddasa, snorkelers u diversi voluntiera oħra ħadu sehem f'din l-inizjattiva u kollha ħadmu biex ġabru l-iskart mill-qiegħ tal-baħar.
Fi stqarrija l-Kunsill qal li b’kollox kienu miġbura tliet skips ta’ skart u dan kien jikkonsisti kemm f'żibel kif ukoll f'materjal riċiklabbli. 
Din kienet it-tieni cleanup b'suċċess li fiha ħa sehem il-Kunsill Lokali Ta' Xbiex wara dik organizzata b'kollaborazzjoni ma' Let's do it Malta f'Settembru fejn kienet tnaddfet il-bajja. 
Ritratti: Arkivji u Kunsill Lokali Ta' Xbiex