​Tliet siti ta’ Wirt Artna ppremjati mit-Trip Advisor

Il-Forti Rinella, Malta at War Museum u Lascaris War Rooms kienu strumentali biex din is-sena Malta ġiet ippremjata bi tliet ċertifikati ta’ eċċellenza mit-Trip Advisor, l-akbar sit tal-ivjaġġar fid-dinja.
Għal-Lascaris War Rooms din hija t-tielet sena konsekuttiva li rċieva dan iċ-ċertifikat.
Barra minn hekk Malta rnexxiela takkwista wkoll ċertifikat minn Travellers’ Choice Landmark 2014 għall-Forti Rinella.