Tliet seminaristi se jingħataw l-Akkolitat

Tliet seminaristi se jingħataw il-Ministeru tal-Akkolitat, f’ċelebrazzjoni mmexxija mill-Arċisqof nhar il-Ġimgħa.
Sinclair Buġeja, mill-Parroċċa tal-Familja Mqaddsa fl-Iklin, Ryan Lee Pace, mill-Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Gżira u Mark Spiteri mill-Parroċċa ta’ San Filep t’Aġira, f’Ħaż-Żebbuġ, se jimxu pass ieħor importanti fil-mixja tagħhom lejn is-saċerdozju.
Iċ-ċelebrazzjoni se ssir fil-Knisja Arċipretali ta’ San Filep t’Aġira, f’Ħaż-Żebbuġ.
Bħala Akkoliti, huma jkunu jistgħu, fost l-oħrajn, jgħinu lis-saċerdot u lid-djakni waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija u jqarbnu, inkluż lill-morda.