Tliet seminaristi pass eqreb għas-saċerdozju

127-RITRATT-KANDIDATI

Read in English.

Il-Ħadd li ġej fl-1 ta’ Novenbru tliet seminaristi li jinsabu fil-ħames sena fis-Seminarju tal-Arċisqof se jkunu qegħdin jitolbu lill-Arċisqof Charles Scicluna biex jaċċettahom bħala kandidati tal-Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali.

Din iċ-ċelebrazzjoni se ssir waqt il-Quddiesa f’Jum il-Qaddisin Kollha fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta fid-9.30am.

It-tliet kandidati huma Ian Diacono mill-Parroċċa ta’ Stella Maris, Tas-Sliema, Gylan Camilleri mill-Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il-Għajn, u Clive Seychell mill-Parroċċa ta’ San Ġużepp, il-Kalkara. Huma se jkunu qed jistqarru pubblikament ir-rieda tagħhom li joffru lilhom infushom lill-Knisja biex iservu bħala saċerdoti.

L-Arċisqof Scicluna se jkun qiegħed jitlobhom biex matul is-snin li ġejjin ikomplu jħejju lilhom infushom bi preparazzjoni għall-Ordni Sagri.