Tliet seminaristi Għawdxin se jiġu ordnati Djakni

Tliet seminaristi Għawdxin il-ġimgħa d-dieħa se jsiru Djakni.
Joseph Attard mill-Parroċċa taż-Żebbuġ, Massimo Buttigieg mill-Parroċċa tal-Katidral u Mario Curmi mill-Parroċċa tax-Xagħra se jiġu ordnati Djakni nhar is-Sibt 20 ta’ Ġunju.
L-Ordinazzjoni Djakonali tas-seminaristi se ssir mill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech, fil-Katidral ta’ Għawdex fis-6pm. Se jkanta l-Kor Djoċesan taż-Żgħażagħ.
Bi tħejjija, il-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju fid-9.00pm, fil-Grawnd tas-Seminarju ta’ Għawdex, sa tinżamm Velja ta' Talb.  
Ritratti: Seminarju tal-Qalb ta' Ġesù