​Tliet sejbiet ta’ nbid fil-ħabs

Fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin saru tliet sejbiet ta’ nbid, mill-bidu tas-sena sal-aħħar ta’ Awwissu.
Fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia saħaq li dan l-abbuż mhux tollerabli, għalkemm ma twettaqx biss dan l-aħħar.
Żied jgħid li minkejja li mhux għaqli li jingħataw iktar dettalji, is-sena d-dieħla se ssir bidla totali fis-sistema tas-sigurtà tal-ħabs.
Il-Ministru qal ukoll li fil-preżent qed jitqabbdu esperti fis-sigurtà.
Ritratt: Arkivji