Tliet pulizija jweġġgħu wara li raġel ħebb għalihom

Tliet pulizija ġew aggrediti dalgħodu waqt spezzjoni li kienet qed issir mill-Pulizija tat-Taqsima tal-Immigrazzjoni.
Il-każ seħħ viċin is-Salib tal-Marsa.
Għal xi raġuni l-Pulizija kienu qed jarrestaw raġel ta’ nazzjonalità barranija li ħebb għalihom.
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt ir-raġel ħebb għat-tliet pulizija u kkawżalhom feriti ħfief.

Ritratt: Arkivji