Tliet pulizija jinqatlu f’każ ta’ vjolenza domestika fi Franza

Kevin.B via WikiCommons

Raġel armat b’arma tan-nar qatel tliet pulizija li kinu qed jintervjenu f’każ ta’ domestika vjolenza fiċ-ċentru tal-pajjiż.

Il-każ seħħ fil-vilaġġ ta’ Saint Just. L-agressur spara fuq il-puliżija li kienu fil-post, u qabbad nar li qered lid-dar.

Il-mara fittxet kenn fuq il-bejt tad-dar u ġiet salvata b’mod sigur mill-pulizija. Id-dar ġiet meqruda bin-nirien, irrappurtat BFMTV.

Il-ministeru ta’ l-intern qal li t-tliet uffiċjali maqtula fl-inċident kellhom 21, 37 u 45. Ir-raba’ uffiċjal, li kien ferut, ma kellux ġrieħi ta’ periklu għall-ħajtu.

Il-Ministru għall-Intern Gerald Darmanin ta’ ġieħ lill-uffiċjali li nqatlu. “In-nazzjon isellem il-kuraġġ u l-impenn tagħhom.

Il-Ministru Darmanin wara informa li l-aggressur, li kien magħruf mal-pulizija għall-każijiet relatati ma kustodja ta’ tfal, kien miet.