​Tliet plejers taħt għajnejn Mourinho

Il-kowċ ta’ Manchester United Jose Mourinho għandu bżonn plejer mal-linja u midfielder ċentrali li jridu jinxtraw għall-perjodu tas-suq ta’ Jannar skont dak li rrapurtat il-gazzetta Manchester Evening News.
Il-manaġier Portugiż ma rnexxielux iġib dawn l-elementi fis-sajf u issa talab lid-diriġenza sabiex jilqgħu t-talbiet tiegħu.
Fost l-iktar plejers favoriti ta’ Mourinho hemm il-Brażiljan Malcom illi bħalissa jilgħab ma’ Bordeaux kif ukoll it-talenti żagħżugħa Christian Pulisic u Julian Weigl.
Min-naħa tal-klabb Franċiż huma mhux lesti li jċedu lil Malcom illi għaddej minn fażi tajba fil-Ligue 1 Franċiża.
Fl-istess ħin Pulisic u Weigl qed jimpressjonaw mal-klabbs rispettivi tagħhom hekk kif Mourinho għandu l-intenzjoni illi jġib aktar plejers żgħażagħ fit-tim.
Ħafna kritiċi qegħdin jgħidu illi għar-Red Devils dan ser ikun xahar impenjattiv fit-tentattiv illi jsaħħu t-tim għall-kumplament tal-istaġun.