Erba’ persuni l-Qorti talli telqu minn Malta illegalment

Tork u żewġ Iranjani ammettew li użaw visa falza biex jitilqu minn Malta.

Sengul Murat ta’ 19-il sena u Tayebi Behzad ta’ 25 sena mill-Iran, intgħataw 13-il xhar ħabs filwaqt li l-Iranjan Piniran Shiva ta’ 38 sena, se jingħata s-sentenza l-ġimgħa d-dieħla sakemm isiru l-arranġamenti meħtieġa għat-tifla tiegħu li għandha 12-il sena. 

F'każ separat, raġel ta’ 26 sena mill-Etjopja ntbagħat tliet xhur ħabs wara li ammetta li s-sena l-oħra telaq minn Malta illegalment. 
Habib Zemecha kien ġie interċettat fil-Ġermanja u nġieb lura Malta ftit tal-jiem ilu.