Tliet persuni involuti f’inċidenti separati tat-traffiku

Żewġ nisa, mara ta’ 44 u oħra ta’ 33 sena sofrew ġrieħi gravi wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Marsaxlokk. L-inċident seħħ għal ħabta ta’ nofsinhar. Il-vettura kienet misjuqa minn raġel ta’ 49 sena miż-Żejtun. Passiġġiera fil-karozza kien hemm tlett itfal li sofrew ġrieħi ħfief.

Fuq il-post issejħet Ambulanza li ħadet lill-persuni l-Isptar Mater Dei.

F’inċident separat raġel ta’ 37 sena minn San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan.

L-inċident seħħ bejn vettura misjuqa minn raġel ta’ 31 sena minn Raħal il-Ġdid u mutur misjuq mir-raġel ta’ 37 sena. Ir-raġel ta’ 37 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan l-inċident għadhom għaddejjin.