Tliet persuni arrestati fuq droga fil-Bajja ta’ San Ġorġ

Read in English.

Tliet persuni ġew arrestati l-lejl li għadda fil-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan wara li nqabdu fil-pussess ta’ droga li kienet lesta biex tiġi traffikata.

L-arrestati kellhom ammont ta’ boroż mimlijin ħaxixa tal-kannabis u trab abjad maħsub li huwa kokaina. Il-persuni huma Afrikani u l-età tagħhom tvarja bejn l-20 u l-24 sena, b’wieħed minnhom joqgħod Ħal Qormi.

Il-persuni mistennija jitressqu l-Qorti għada quddiem il-Maġistrat Claire Zammit Stafrace.