Tliet persuni arrestati b’rabta ma’ pussess u traffikar tad-droga

Il-Pulizija arrestat tliet persuni b’rabta ma’ pussess u traffikar  tad-droga.

Fl-ewwel każ li seħħ ilbieraħ filgħaxija, l-Pulizija arrestat raġel ta’ 24 sena mill-Mali residenti fl-Open centre tal-Marsa u raġel ta’ 22 sena mill-Ghana residenti l-Italja, iżda li bħalissa qed joqgħod San Pawl il-Baħar.

Jidher li l-Pulizija wasslet għal dawn iż-żewġ arresti wara investigazzjoni dwar traffikar tad-droga f’San Ġiljan.

Intant f’raid ieħor ġewwa l-Gżira, l-Pulizija arrestat raġel ta’ 48 sena residenti l-Gżira wara li kellu fil-pussess tiegħu d-droga kokaina. Barra minn hekk l-istess persuna qed tkun investigata bi traffikar tal-istess dorga.

Wieħed mill-persuni barranin mistenni li jitressaq il-Qorti fis-siegħat li ġejjin filwaqt li l-persuni l-oħra se jitressqu l-Qorti fi ftit jiem.