Tliet pazjenti jaħarbu minn Monte Carmeli

Tlett irġiel li kienu qed jingħataw il-kura fl-Isptar Monte Carmeli matul il-lejl ta’ bejn nhar il-Ġimgħa u nhar is-Sibt, ħarġu mill-post mingħajr permess.
Huma kienu pazjenti informali li talbu huma stess b’mod volontarju jingħataw kura fit-Taqsima tad-Dual Diagnosis Unit, it-taqsima li għandha x’taqsam ma’ problemi bid-droga u saħħa mentali.
Persuna minnhom irritornat lura fl-Isptar Monte Carmeli iktar tard ilbieraħ.
Il-Pulizija ġiet infurmata bil-każ minnufih u bdiet bl-investigazzjoni tagħha. Ġie maħtur ukoll bord intern biex jinvestiga dan il-każ.
F’każijiet fejn persuna tkun daħlet l-Isptar Monte Carmeli b’mod volontarju, u titlob li tinħareġ, ikun irid isir assessjar minn tabib biex ikun iċċertifikat jekk il-persuna tistax tkun rilaxxata.