Tliet pajjiżi jingħaqdu mal-Arabja Sawdija fi ġlieda diplomatika kontra l-Iran

Alleati tal-Arabja Sawdija – il-Bahrain, is-Sudan u l-Emirati Għarab Magħquda – ingħaqdu f’azzjonijiet diplomatiċi kontra l-Iran hekk kif qed tkompli teskala t-tensjoni bejn Xiiti u Sunniti fir-reġjun.
Il-Bahrain u s-Sudan issospendew ir-rappreżentazzjoni diplomatika fl-Iran u l-Emirati Għarab Magħquda ċekknu l-livell tad-diplomatiċi fil-pajjiż.
Il-pożizzjoni tal-alleati segwiet id-deċiżjoni tal-Arabja Sawdija, li tat biss jumejn lid-diplomatiċi tal-Iran biex jitilqu mill-pajjiż wara attakk fuq l-ambaxxata tagħha f’Tehran, li minnu nnifsu kien reazzjoni għall-piena tal-mewt mogħtija mill-Arabja Sawdija lil 47 Iranjan akkużati b’terroriżmu.
Ir-Russja offriet li sservi ta’ medjatur u saħqet li l-esperjenza fis-Sirja jagħmluha ideali.
Fl-istess ħin, komplew l-attakki fuq moskej, inkluż fuq żewġ moskej Sunniti f’belt Xiita fl-Iraq.