Tliet offerti finali għall-bini ta’ power station bil-gass

ElectroGas Malta Consortium, Yildrim Tecnicas Power and Gas Consortium u Endeavor Enegy, Exodus Crossing u BB Energy Consortium huma t-tliet offerti finali għall-bini ta’ power station ġdida li taħdem bil-gass f’Delimara.

Dawn l-offerti finali infetħu fil-Korporazzjoni Enemalta.

L-offerta li se tiġi aġġudikata se tkun qed tibni power station ta’ 200MW li taħdem bil-gass, ħażna għall-LNG u l-qalba għall-gass tal-power station tal-BWSC f’Delimara.

Il-kumpanija rebbieħa se tkun qed tipprovdi lill-Enemalta bl-enerġija.

Il-pjan tal-Gvern huwa li tingħalaq il-power station fil-Marsa.