Tliet Ministri rrevedew id-dikjarazzjonijiet tal-assi

Tliet Ministri rrevedew id-dikjarazzjonijiet tal-assi għas-sena li għaddiet. Di stqarrija, l-Ispeaker Anġlu Farrugia ppubblika ittra dwar korrezzjonijiet għad-dikjarazzjonijiet tal-assi fir-rigward tal-Ministri Chris Cardona, Marie-Louise Coleiro Preca u Manuel Mallia.

Il-Ministru Chris Cardona ammetta li naqas li jiddikjara l-onorarja hekk kif matul is-sena li għaddiet qala’ aktar minn €43,500 u mhux €23,000 kif oriġinarjament kien iddikjara. Il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca qalet li naqset tiddikjara kemm kienet iddaħħal bħala prinċipal fid-dipartiment tal-edukazzjoni. Il-Ministru Manuel Mallia ddikjara li matul is-sena li għaddiet daħħal aktar minn €137,000.

Intqal li fl-ewwel okkażjoni li jerġa’ jiltaqa’ l-Parlament wara l-vaganzi tas-Sajf, jiġifieri fit-30 ta’ Settembru, l-ispeaker se jkun qed ipoġġi l-korrispondenza fuq il-mejda tal-kamra.