Tliet ministri Libjani għal taħdidiet f’Malta

Ilbieraħ filgħaxija bdew sensiela ta’ laqgħat bejn Malta u l-Libja hekk kif waslu Malta tliet Ministri tal-Gvern Libjan bħala parti mid-delegazzjoni li se tkompli bit-taħdidiet u relazzjonijiet li qed jinbnew bejn iż-żewġ pajjiżi.

Fl-Ajruport ta’ Malta, il-Ministru tat-Trasport Abdulgadir Mohamed, il-Ministru taż-Żejt u l-Gass Abdulbari  Arousi u l-Ministri tal-Ekonomija Mustafa Abofamas intlaqgħu mill-Ministri Maltin Joe Mizzi, Chris Cardona u Konrad Mizzi.

Ġimgħatejn ilu, f’Malta kien hawn ukoll il-Ministru għat-Turiżmu tal-Libja Ikram Bash Imam li fost affarijiet oħra ddiskutiet mal-Ministru Karmenu Vella  kif iż-żewġ pajjiżi jistgħu jgħinu lil xulxin fil-qasam turistku, ir-revizjoni fil-ftehim ta’ koperazzjoni fil-qasam turistiku li kien sar bejn Malta u l-Libja fl-1995, it-tfassil ta’ programmi edukatttivi u dwar żjara fil-Libja għall-operaturi turistiċi u n-negozji.

 

Ritratt: DOI – Saviour Cassar