Tliet Ministri għall-Intern fi żjara ta’ solidarjetà fit-Tuneżija

Il-Ministri tal-Intern tar-Renju Unit, Franza u l-Ġermanja, żaru t-Tuneżija biex flimkien mal-Ministru għall-Affarijiet Interni tal-pajjiż, jingħaqdu flimkien kontra t-terroriżmu.
Huma kkundannaw l-attakk li ħalla 39 persuna mejta, fosthom 18-il ċittadin Ingliż. Il-Ministri faħħru lill-ħaddiema tal-lukandi u t-turisti kollha li intervjenew biex isalvaw il-ħajjiet.
Il-Ministru għall-Intern tar-Renju Unit, Theresa May, qalet li t-Tuneżija huwa sinjal ta’ x’inhu possibli jilħaq jekk poplu jkun magħqud. Fakkret li l-President Essebsi huwa l-ewwel wieħed li ġie elett b’mod demokratiku.