Tlieta b’wiċċhom mgħammda jisirqu minn ristorant f’Wied il-Għajn

Tliet persuni mgħammda u armati serqu minn ristorant f’ Wied il-Għajn il-bieraħ filgħaxija.

Is-serqa seħħet il-bieraħ għall-ħabta tal-ħdax u kwart ta’ filgħaxija fi Triq is-Salini, Wied il-Għajn. Ħadd ma weġġa’ f’din is-serqa waqt li l-persuni ħarbu jiġru minn fuq il-post b’wieħed minnhom allegatament jġorr arma tan-nar.

Il-Maġistrat Simone Grech ħatret diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta.

L-investigazzjoni tal-Pulizija rigward dan l-każ għadha għaddejja.