Tliet każijiet jitressqu quddiem il-Qorti

Raġel ta’ 40 sena imwieled il-Ghana u residenti Ħal Far ingħata sitt xhur priġunerija sospiżi għal sena wara li ammetta li ħebb u kkaġuna feriti ta’ natura ħafifa lil żewġ Surġenti tal-Pulizija f’inċident li seħħ ilbieraħ fil-Belt Valletta.

F’każ ieħor ilbieraħ, raġel Somalu ta’ 30 sena residenti l-Ħamrun ma ngħatax il-libertà proviżorja u ttieħed fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wara li ma ammettiex akkużi li jinkludu ż-żamma ta’ persuna kontra l-volontà tagħha u attentat vjolenti fuqha.

Tressaq il-qorti ukoll, f’każ separat, Simon Vella ta’ 45 sena residenti Birżebbugia, akkużat li hedded żewġ Marixxalli tal-Qorti u li ma obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq is-solitu kundizzjonijiet tal-Qorti wara li wieġeb mhux ħati.