Tliet karozzi jinqerdu minn nirien

F’żewġ inċidenti separati, tliet karozzi nqerdu kompletament minn nirien f’żewġ inċidenti separati matul il-lejl li għadda.

Fl-ewwel inċident karozza BMW inqerdet għal kollox wara li nħakmet minn nirien f’Wied il-Għajn. Minkejja li n-nirien intfew mil-ewwel mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili li ġew imsejħa fuq il-post, il-ħsara fuq il-karozza kienet waħda estensiva. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta filgħodu fi Triq il-Qaliet.

Sagħtejn wara, l-membri tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa sabiex jitfu nirien li ħakmu vettura tat-tip Suzuki Jimni Triq l-Iskola f’Ħaż-Żabbar. Filwaqt li l-ħaddiema tat-tifi tan-nar waslu fi ftit minuti mindu daħal ir-rapport, karozza oħra Ford Fiesta u binja li kienet tinsab biswit in-nirien ġarrbu xi ħsarat.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei minħabba li kien hemm persuni belgħu xi dħaħen.

Iż-żewġ każijiet qed jiġu investigati mill-Pulizija.