Tliet karozzi jġarrbu ħsarat wara li ħadu n-nar

Tliet karozzi ġarrbu ħsarat estensivi wara li ħadu n-nar f’ċirkustanzi suspettużi f’għalqa li tintuża bħala parkeġġ. Il-każ seħħ iktar kmieni illum għall-ħabta tas-1 am, fi Triq ix-Xgħajra, Żabbar.

Minn stħarriġ jirriżulta li l-mira tan-nirien, li intfew mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kienet BMW. Mal-wasla tagħha Il-pulizija sabet tyre maħruq fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura.

Żewġ karozzi li kienu pparkjati maġenb il-vettura ġarrbu ħsarat estensivi wkoll.

Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.