Tlett itfal l-isptar wara li x’aktarx insew xemgħa mixgħula

Tlett itfal flimkien ma’ ommhom dalgħodu ttieħdu l-Isptar Mater Dei, wara li nirien ħakmu r-residenza tagħhom f’Ħal Lija.
Il-każ seħħ fi Triq Giannikola Buhagiar. Hu mifhum li n-nirien beda minn xemgħa li baqgħet mixgħula wara l-qtugħ fil-provvista tal-elettriku tal-bieraħ.
Kien għall-ħabta tad-9.15am li membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien.
Huma ngħataw l-għajnuna medika minħabba d-duħħan li belgħu.