Tliet irġiel jinħelsu mill-arrest wara l-argument f’Marsaskala

Read in English.

Tliet irġiel inħelsu wara li qalu li mhumiex ħatja li weġġgħu lil xulxin f’argument fl-appartament tagħhom f’Marsaskala. Żewġt irġiel ta’ 40 u 31 sena minn Niġerja ġew akkużati li weġġgħu lil Niġerjan ieħor ta’ 24 sena li kien joqgħod fl-istess appartament.

Iż-żagħżugħ ġie akkużat separatament li weġġa’ gravi lil raġel minnhom u kkawża feriti lir-raġel l-ieħor.

Ilbieraħ kelliem għall-Pulizija kkonferma li kien iż-żagħżugħ stess li ċempel lill-Pulizija jinfurmahom bl-inċident.

AQRA: Tnejn l-isptar wara argument f’appartament f’Marsaskala

Il-Qorti llum waranofsinhar semgħat kif fil-ġlieda ntużat sikkina.

Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo tat il-libertà proviżorja lit-tliet irġiel fuq depożitu ta’ €300 kull wieħed u garanzija personali ta’ €9,000. Huma ġew ordnati wkoll jiffirmaw fl-għassa tliet darbiet fil-ġimgħa u biex ma javviċinawx lil xulxin.

L-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri dehru għaż-żewġt irġiel ta’ 31 u 40 sena filwaqt li l-Avukat Martin Fenech deher għaż-żagħżugħ ta’ 24 sena.