Tliet ijiem frank jekk tirbħu – Mourinho

Il-gazzetta Ingliża The Sun żvelat episodju ħelu illi ġara f’Old Trafford nhar il-Ħadd illi għadda waqt il-logħba bejn Manchester United u Chelsea li tal-ewwel rebħu bl-iskor ta’ 2-1. F’mument minnhom wara li Jesse Lingard skorja t-tieni gowl tar-Red Devils fil-75 minuta, il-kowċ Jose Mourinho għadda biċċa karta mrembla lil Nemanja Matic sabiex jaqra messaġġ li kien hemm ġo fiha.
Dan tal-aħħar fetaħha minnufih u fiha kien hemm miktub illi jekk jirbħu din il-logħba, il-kowċ Portugiż kien ser itihom tlett ijem liberi.
Dan kollu xpruna t-tim għal rebħa tajba tar-Red Devils kontra r-rivali sabiex issa fetħu vantaġġ ta’ sitt punti fuqhom u jżommu t-tieni post tal-klassifika.