Tliet ġuvintur arrestati fuq serq minn pompi tal-petrol

Read in English.

Il-Pulizija arrestat tliet ġuvintur fuq serq minn pompi tal-petrol bejn Marzu u Ġunju li għada. It-tliet ġuvintur għandhom bejn id-19 u l-21 sena u qed jinżammu fil-kustodja tal-Pulizija qabel ma jitressqu l-Qorti akkużati b’dan is-serq.

Ġuvni ta’ 19-il sena, residenti ż-Żejtun ġie arrestat b’rabta ma’ serq minn pompa tal-petrol fiż-Żurrieq. Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li f’diversi ġranet f’Marzu 2020, huwa allegatament seraq fjuwil minn pompa fi Triq il-Belt Valletta, iż-Żurrieq, waqt li flimkien maż-żewġ ġuvintur l-oħra, f’diversi ġranet f’Ġunju, allegatament wettaq serq minn pompa oħra fi Triq Aldo Moro, l-Marsa.

Minn aktar investigazzjonijiet li saru rriżulta li ż-żewġ ġuvintur ta’ 21 sena, residenti Bormla u Ħal Qormi rispettivament, allegatament kienu kompliċi fis-serq ta’ fjuwil mill-pompa li tinstab il-Marsa. Irriżulta li l-ġuvni ta’ 21 sena, residenti Bormla, saq vettura mingħajr liċenzja.

Huma mistennija jitressqu il-Qorti dalgħodu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Josette Demicoli.

L-investigazzjonijiet qed isiru mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri.