Tliet persuni u żewġt iklieb jinħelsu mill-għarqa qrib Kemmuna

Tliet persuni ġew salvati qrib Kemmuna wara li d-dgħajsa tagħhom inqelbet. Dan ġara wara li sabu diffikultajiet fir-riħ li qam ta’ forza 5. It-tlett persuni, żewġt irġiel u mara, kienu akkumpanjati minn tlett iklieb. Sfortunatament wieħed mill-klieb miet mgħarraq. Il-Forzi Armati ta’ Malta taw l-assistenza tagħhom permezz ta’ patrol boat u helikopter għall-ħabta tal-11.40.