Tlett ijiem ta’ logħob fuq il-kompjuter u l-PS4

Għal kull min hu delettant tal-logħob fuq il-kompjuter u l-PS4, Gamers.com.mt se jorganizzaw it-tieni edizzjoni ta’ The Malta Cyber Series.
Fost il-logħob se jkun hemm League of Legends – PC (5vs5), Counter-Strike: Global Offensive – PC (5vs5), Hearthstone – PC / Mobile (1vs1), Rocket League – PC (2vs2), FIFA16 – PS4 (1vs1) and COD:BO3 – PS4 (4vs4).
It-tournaments se jibdew illum u jibqgħu għaddejjin sa nhar il-Ħadd, fi Smart City Malta. 
Min jixtieq jista’ jmur u jsegwi l-logħob.
Kull min jieħu sehem se jkollu ċans li jirbaħ premjijiet sbieħ.