Filmat: “Tlaqt  għax ma qbiltx mat-tmexxija tal-Gozo Channel”

L-eks Membru Parlamentari tal-Partit Laburista Lino Debono rriżenja mill-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel.

F’kummenti ma’ Newsbook.com.mt Debono qal li għandu “ideat differenti minn ta’ ħaddieħor” u li kieku kien qed imexxi hu, kien immexxi differenti.

Huwa sostna dan għalkemm ma riedx jelabora iktar filwaqt li qal li s-suġġerimenti li kellu jagħmel, ilu li għamilhom.

Debono saħaq li huwa ma qabilx ma’ kif taħdem it-tmexxija tal-Gozo Channel, li bħala Ċermen għandha lis-Sindku Laburista tax-Xagħra Joe Cordina.

Għalhekk wara r-riżenja ta’ Debono, issa naqas membru minn fuq il-Bord.

Cordina ilu li laħaq Ċermen minn April 2013, ftit jiem wara li l-Partit Laburista tela’ fil-Gvern. Josianne Cutajar li fl-2013 bdiet bħala membru tal-bord tad-diretturi u mis-sena l-oħra hi tpoġġiet bħala viċi-ċerpersin. Cutajar, apparti li tirrapreżenta lill-Partit Laburista fil-Kunsill Lokali tan-Nadur qed taspira li tilħaq Membru tal-Parlament Ewropew. Is-segretarja tal-kumpanija hija Lisa Brooke hija l-Kordinatriċi għal Għawdex f’isem il-Malta Community Chest Fund li għandhom l-uffiċini fl-istess binja u fl-istess sular tal-Gozo Channel.  Hi kienet kunsilliera f’isem il-Partit Laburista iżda irriżenjat f’Ġunju tal-2014.

Il-lista sħiħa hekk kif dehret fil-Gazzetta tal-Gvern

Ċermen
Joe Cordina
Viċi-Ċerpersin
Josianne Cutajar
Segretarja tal-Kumpanija
Lisa Brooke
Diretturi
Monica Borg
George Paul Camilleri
Joe Debono Grech
Monica Farrugia
Elvia George
Charles Muscat
Anthony Vella

L-ittra tar-riżenja ta’ Lino Debono.