Tkun qed toqtol il-coronavirus bi spray bl-alkoħol jew bil-kloru?

Unsplash

Read in English.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) tgħid li l-alkoħol u l-kloru li wieħed jispreja fuq il-ġisem mhux se joqtol virus li jkun diġà daħal fil-ġisem.

Il-WHO spjegat li dawn is-sustanzi jistgħu jagħmlu ħsara lill-ħwejjeġ u anke lill-partijiet tal-ġisem bħall-għajnejn u l-ħalq. Appellat biex dawn is-sustanzi jintużaw b’attenzjoni biex l-uċuħ tal-oġġetti jiġu diżinfettati, iżda jridu jintużaw mingħajr abbuż u skont ir-rakkomandazzjonijiet.

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn