Tkun qed tgħum u ssib Astun Iswed ferut b’tiri fuq il-bajja

Persuna Taljana li lbieraħ kienet qed tgħum fl-inħawi ta’ Xrobb l-Għaġin f’Wied il-Għajn sabet Astun Iswed midrub fuq il-bajja.
Fuq Facebook Birdlife qalet li wara testijiet li saru għand veterinarju rriżulta li l-għasfur protett inlaqat minn tiri u spiċċa waqa’ fil-baħar.
BirdLife fakkret li dan hu att  illegali u min jinqabad jispara fuq għasfur protett jista’ jeħel sa’ €5,000 multa.
Jidher li l-għasfur qed iwieġeb tajjeb għall-kura li qed tingħatalu u wara r-rijabilitazzjoni jkun jista’ jinħeles.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, Kuċċarda nstabet b’għaxar tiri f’ġisimha fl-inħawi ta’ Birguma fin-Naxxar.