Filmat: “Tkomplux tiksru l-liġi; ħalli 76 ċentimetru bejn il-bini”

Read in English.

Il-Perit Alan Saliba li huwa l-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fi ħdan l-uffiċċju tal-Ombudsman qal li ħadd ma jista’ jagħmel skavar f’distanza tal-inqas minn 76 ċentimetru mill-ħajt diviżorju. Spjega li min ma jagħmilx dan ikun qed jikser il-liġi.

Mill-banda l-oħra Sandro Chetcuti, il-President tal-Assoċċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin qal li kien hemm periti li qalulu li jista’ jkun ta’ periklu jekk jitħalla dan l-ispażju ta’ 76 ċentimetru. Il-Perit Saliba ma qabilx ma dan.

Saliba kien mistieden fil-programm Newsline mmexxi minn Fr Joe Borg fuq RTK103FM. Huwa qal li minkejja li f’Artiklu 439 tal-Kodiċi Ċivili hemm miktub li ħadd ma jista’ jagħmel xogħol ta’ skavar f’inqas min 76 ċentimetru mill-ħajt diviżorju, din il-liġi qed tiġi miksura.

Aqra: “Ixxukkjati” – MDA; Il-Kummissarju għall-Ippjanar b’ittra lill-PM

“Ġieli jkunu l-ġirien li jbiegħu id-dritt tagħhom”

Huwa insista li 76 ċentimetru huwa l-anqas distanza li tista’ titħalla għax jista’ jkun hemm każi fejn perit responsabbli jitlob biex titħalla distanza akbar.

Saliba spjega li qed issir użanza li ssir skrittura privata bejn il-ġirien biex jagħtu l-kunsens tagħhom lill-iżvluppaturi biex jiskavaw biswit il-propjetà tagħhom mingħajr ma jħallu l-ispazju u jingħata kumpens finanzjarju għal dan. Huwa qal li ħafna drabi dan isir għal gwadan finanzjarju. Hija ħasra, qal l-uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Ombudsman li hawn nies li jidħlu fil-periklu biex ikollhom gwadan finanzjarju.

Sailba qal li din hija illegali li ssir u spjega li minħabba li l-liġi qiegħda fil-Kodiċi Ċivili u mhux fil-Kodiċi Kriminali, wieħed irid jiftaħ mandatt ta’ inibizzjoni. Żied li dan jieħu fit-tul għax il-persuna trid tqabbad perit u avukat kif ukoll tiftaħ kawża.

“Il-flus saru l-alla ta’ Malta”

Peppi Azzopardi qal li l-flus saru l-alla l-ġdid f’Malta u semma kif it-tfal u ż-żgħażagħ fl-edukazzjon tgħallmu li bil-flus tirnexxi iżda ma tgħallmux li bil-flus mhux bilfors tkun kuntent. Dan wassal biex in-nies jagħmlu ftehim illegali. Azzopardi qal li wieħed irid jiftakar ukoll fil-persuni li qed iweġġgħu f’siti ta’ kostruzzjoni.

Il-liġi ta’ 76 ċentimetru tista’ toħloq periklu –Chetcuti

Sandro Chetcuti, il-President tal-Assoċċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin qal li din il-liġi ta’ 76 ċentimetru kienet maħsuba għal binjiet li ma kienx ikollhom basement. Żied li jekk se jitħaffer basement din il-liġi tista’ toħloq iktar periklu għax id-dar qed tinbena fuq parti żgħira. Min-naħa tiegħu l-Perit Alan Saliba saħaq li s-76 ċentimetru huma l-minimu u jekk l-perit jiddeċiedi li għandu jkun hemm iktar, hekk għandu jsir.

Chetcuti żied li kieku l-Assoċċjazzjoni għandha l-poter il-kuntratturi li ma jagħmlux xogħol tajjeb, jiġu ammoniti u jekk ma jirranġawx ma jitħallewx jaħdmu.

“Għatu sehemkom”

Saliba qal li l-Gvern se jipproponi għall-konsultazzjoni abbozz ta’ liġi dwar il-kostruzzjoni. Huwa appella biex il-pubbliku jgħaddu l-kummenti tagħhom dwar il-liġi proposta. Min-naħa tiegħu semma li se jkun qed jgħaddi l-proposti tiegħu u jagħmel rakkomandazjonijiet iebsin dwar dan. Huwa qal li kif hu ħareġ għonqu biex jipproteġi lin-nies issa n-nies isemmgħu leħenhom.

Il-Perit Saliba qal li min ikollu bżonn l-għajnuna tal-Ombudsman jista’ jidħol fis-sit https://www.ombudsman.org.mt/ u jsib tagħrif dwar kif jista’ jagħmel talba għall-għajnuna. Min jixtieq jista’ jċempel fuq 2248 3200.

L-Uffiċċju tal-Ombudsman qiegħed fi 11, St Paul Street, Valletta VLT 1210.

Aqra: Filmat: “Se nispiċċaw immorru l-preċett tan-neputija bix-shorts u t-tshirt?” – residenta mbikkma

Aqra: Bini Gwardamanġa: Residenti jorqdu barra biex joqogħdu għassa mal-bini

Aqra: Il-familji li spiċċaw bla dar b’appartament mill-Gvern minn nhar it-Tnejn

Aqra: Aġġornata (4): Filmat: Tinstab ħajja l-mara vittma tat-tiġrif fil-Mellieħa

Aqra: Aġġornata (2): Filmat: Dar u appartamenti jiġġarrfu f’Tal-Pietà

Aqra: Tiġrif Pietà: “Lill-iżviluppatur ngħidlu miskin” – Chetcuti