“Tkomplux tigdbu dwar fejn sifirtu” – tabib fl-emerġenza

Dr Michael Spiteri, tabib fid-Dipartiment tal-Emerġenza, appella lill-pubbliku biex ma jigdibx dwar is-safar, peress li kien hemm xi pazjenti li ppruvaw jigdbu lit-tobba dwar fejn kienu siefru.

Fuq Facebook, it-tabib qal li dawn il-pazjenti ġew ittestjati għall-coronavirus u fortunatament irriżultaw fin-negattiv.

Madankollu, huwa appella lin-nies sabiex ma jigdbux fuq affarijiet kruċjali bħal dawn, peress li jkunu qegħdin ipoġġu s-saħħa u s-sigurtà tan-nies f’riskju, speċjalment tat-tobba li jkollhom iħabbtu wiċċhom mal-pazjenti.

I hate being blunt on social media, but today I have to make an exception. We have had patients who we caught lying…

Posted by Michael Spiteri on Wednesday, March 11, 2020

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn